Ta’ Birkirkara jinsabu f’luttu hekk kif ġiet imħabbra l-mewt ta’ Jane Borg. Huma għaddew il-kondoljanzi tagħhom u tislima lil Jane fuq il-mezzi soċjali tagħhom.
Ilbieraħ filgħaija huma kitbu, “Il-Kumitat tal-Għaqda tagħna jixtieq iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba, familjari u ħbieb ta’ Jane Borg li illum marret tiltaqa’ mal-Mulej. Jane ijja omm is-Segretarju Amministrattiv tal-Għaqda tagħna Antione Borg u Francesca Borg, ex membru fil-Kummmissjoni Attivitajiet.”
Komplew jgħidu, “Il-funeral ser isir għada t-Tlieta 2 ta’ Marzu 2021, fis-14:00 fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena, Birkirkara. L-Għaqda tagħna tixtieq turi s-solidarjetà tagħha mal-Familja Borg f’dan il-mument diffiċli. Nitolbu lil Sant’Elena tilqagħha fi ħdanha u twassalha għand Alla Missierna. Agħtija O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.”
Facebook / Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919, Birkirkara