“Sentejn Wara, Għal Darb’oħra Qed Inlesti L-Ewwel Episodju Ta’ Sensiela Speċjali Oħra.” – Brandon Terribile

Brandon Terribile

L-attur u produttur Malti Brandon Terribile ta ħjiel li qed jaħdem fuq sensiela drammatika ġdida, wara s-suċċess tas-serje Kwir, li xxandret fuq ONE u kienet l-ewwel produzzjoni televiżiva Maltija ffukata fuq temi LGBTQIA+.

F'messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Brandon fakkar li sentejn ilu, waqt li kien il-Greċja, kien temm jikteb l-ewwel episodju ta' dik li aktar tard saret is-serje Kwir.

Huwa żvela wkoll li fil-bidu l-proġett kien iġib l-isem Infinity, qabel ma ngħata t-titlu li bih sar magħruf mal-pubbliku.

"Sentejn wara, għal darb'oħra qed inlesti l-ewwel episodju ta' sensiela speċjali oħra. kif jgħid is-slogan tagħha: 'Before Kwir, there was' Ibqgħu segwu..."

It-tħabbira tiegħu qajmet interess fost is-segwaċi tiegħu, li issa qed jistennew aktar informazzjoni dwar dan il-proġett televiżiv il-ġdid.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI