Ta’ Kuljum, Il-Parroċċa Taż-Żebbuġ Għawdex Issellem Il-Memorja Ta’ Dawk Kollha Li Jkunu Ħallewna F’Dak Il-Jum Partikolari

Ta’ kuljum, Żebbuġ Gozo Parish isellmu l-memorja ta’ nies miż-Żebbuġ f’Għawdex li jkunu ħallew din id-dinja f’dak il-jum partikolari, fejn fir-reġistru tagħhom saħansittra jsemmu nies li ħallewna madwar l-1700. Veru li ser nitilqu minn din id-dinja u wara ftit tas-snin ma jibqa’ jiftakarna ħadd, imma inizjattiva bħal din verament tiċċelebra l-memorja ta’ dawk li ħallewna snin ilu, għaliex għalkemm ma nafux min kienu, kif kienet ħajjithom u x’storja kitbu, xorta nafu b’isimhom u nafu li bħal-lum ħadu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajjithom.

Illum, Żebbug Gozo Parish qalu, “15 ta’ Marzu. Bħal-lum daħlu qabilna fid-Dar tal-Missier. Niftakru fihom fit-talb tagħna. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Grazzi lil Carmel Saliba.” Illum nafu li fl-1816 ħalliet din id-dinja persuna miż-Żebbuġ Għawdex, Gabriele Gatt li kellu 77 sena, fost ħafna oħrajn li ħallew din id-dinja fil-15 ta’ Marzu ta’ snin differenti.

Jistrieħu fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI