Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-attivist għad-drittijiet tal-immigranti, Victor Vella kiteb dwar il-konsegwenzi koroh tal-gwerra li qed isseħħ f’Gaza, fil-Palestina.
Hu ppubblika ritratt ta’ raġel Palestinjan irqiq għuda, bl-għadam kważi jidher ħiereġ minn ġismu. Permezz tal-għajnuna ta’ raġel ieħor, qed jaqbad flixkun ilma f’idu u jixrob bil-qalb. Jidher li l-ilma mhix kumdità ta’ kuljum f’Gaza bħal ma hi f’Malta.
Victor Vella kiteb, “Taħsibha xi xena minn xi film. Imma mhix. Hi r-realtà f’Gaza. Hi r-realtà tal-kriżi tal-ġuħ. Il-kriżi tal-ġuħ li ntużat bħala arma tal-gwerra. Ir-ritratt jitkellem waħdu...”
Meta naraw dawn ir-ritratti nirrealizzaw kemm iġibu konsegwenzi koroh magħhom il-gwerrer. Inżommu fit-talb tagħna lil dawn il-persuni li għaddejjin minn din it-tbatija kollha u nittamaw li l-paċi ma ddumx ma tirrenja.
Facebook / Victor Vella