Taf Xi Kelma Minn Dawn?

Ilbieraħ Sue u Valentina Rossi kienu mistednin fuq il-programm Danusanday. Naturalmet jista’ jonqos id-daħq mad-Dan u s-San! Sfida li kellhom lesta għal Sue Rossi kienet biex jaraw taqtax uħud mill-kliem li tgħid Valentina!

L-ewwel kelma kienet “intertwine”, li tfisser meta żewġ affarijiet tant jersqu viċin xulxin, li kważi jsiru ħaġa waħda. Bil-Malti ngħidu, meta żewġ affarijiet jintisġu. It-tieni kelma kienet it-taqsira “OOTD”. Normalment jekk wieħed ikun midħla tal-moda jkun jafha għax hija “Outfit Of The Day” imqassra!

It-tielet kelma kienet “organic reach”. Din il-kelma tingħad biex tindika kemm in-nies ikunu raw il-post tiegħek fuq il-midja soċjali. L-aħħar kelma kienet “twerk”. Din il-kelma naħseb li m’għandha bżonn tal-ebda spjegazzjoni, però permezz tal-ispjegazzjoni ta’ Valentina u d-demostazzjoni ta’ Daniel għandha tinftiehem żgur!

Tajjeb li ngħidu li dawn l-erba’ kelmiet kollha jeżistu! Ħafna minn dan il-kliem huwa magħruf speċjalment maż-żgħażagħ u mhux minn Valentina biss jingħad! Sfortunatament Sue ma kienet taf l-ebda waħda minn dawn. U int? Kemm kont taf minn dan il-kliem? Taf xi ieħor?

Facebook / Sue Rossi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI