Tagħlaq 114-Il Sena Bonita Gibson, Fejn Tgħid Li Wieħed Mis-Sigrieti Għall-Ħajja Twila Huwa Li Tiekol Ħafna Patata!

Ġewwa Michigan fl-Istati Uniti, Bonita Gibson iċċelebrat il-114-il sena tagħha fuq din l-art. Qalet li hemm bosta sigrieti għall-ħajja daqstant twila, iżda dak l-aktar li spikka huwa li tiekol il-patata b’mod frekwenti. Qalet li l-imħabba tagħha lejn il-patata bdiet meta iżżewġet lil raġel imdaħħal fl-industrija tal-patata, u minn dakinhar baqgħet tħobbha.

Apparti minn hekk, qalet li qatt ma messet sigarett jew alkoħol, tiekol ikel sustanzjuż, titbissem ħafna u tgħix ħajja pożittiva. Bonita baqgħet issuq sa meta għalqet 99 sena, u siefret b’ajruplan l-ewwel darba meta kellha mitt sena. Daħlet f’każino ta’ 102, u ta’ 109 rebħet lil Covid19.

Nawgurawlha ħafna aktar snin sbieħ!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI