Sue Rossi qed tiċċelebra għeluq sninha, u f’din l-okkażjoni rċeviet għadd ta’ messaġġi ta’ awguri mingħand kollegi u ħbieb mill-industrija tal-moda u t-televiżjoni għax bħalma bosta jafu, Rossi hija figura magħrufa fil-moda Maltija u hi l-fundatriċi tal-aġenzija Modelle International.
Fost xi ħbieb li awgurawlha l-isbaħ xewqat fuq il-midja soċjali kien hemm Antonella Mizzi, li fissritha bħala kollaboratriċi mill-aqwa u preżenza ta’ ispirazzjoni fid-dinja tal-moda u tat-televiżjoni. Hija qalet li tinsab grata tal-ħidma li qasmu flimkien matul is-snin u stqarret li tħares ’il quddiem għal aktar proġetti u suċċessi flimkien.
Stef Deguara awguratilha jum mimli mħabba, daħk u mumenti sbieħ, filwaqt li xtaqtilha sena mimlija saħħa, ferħ, suċċess u dak kollu li jagħmilha kuntenta.
Min-naħa tiegħu, Jeff Francalanza qal li Sue hija persuna tassew speċjali u stqarr li jħossu onorat li jafha. Irringrazzjaha għal dak kollu li għamlet u awguralha ġurnata mill-isbaħ fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha.
Minn naħa tagħna, ningħaqdu ma’ dawn l-awguri u nawguraw lil Sue Rossi għeluq snin mill-isbaħ.
Facebook/Sue Rossi