Ħafna qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-attriċi lokali Elizabeth Ellul Hawes.
Żgur li l-attriċi tibqa' magħrufa l-iżjed għas-sehem tagħha fis-sensiela tant ikonika Iċ-Ċaqqufa fejn kienet interpretat il-parti ta' Benna, omm Rose.
Elizabeth ħadet sehem ukoll f'sensiliet oħrajn tul is-snin fosthom La Tħobbnix, Ħobbni Ftit, L-Għarusa kif ukoll dan l-aħħar Luna. Hi tagħlaq sninha propju jum wara żewġha, l-attur Malcolm Ellul.
Awguri lill-attriċi Elizabeth Ellul Hawes!
Facebook/ Elizabeth Ellul Hawes