Il-Membru Parlamentari Ian Vassallo Hagi ċċelebra għeluq l-34 sena tiegħu b'messaġġ ta' riflessjoni u gratitudni li qasam fuq Facebook, fejn ħares lura lejn il-vjaġġ ta' ħajtu u rringrazzja lil dawk kollha li kienu parti minnu.
Fil-messaġġ tiegħu, Vassallo Hagi rringrazzja lil kull min kien preżenti f'ħajtu. "Nirringrazzja lil kull min kien parti f’ħajti, fit-tajjeb u l-ħażin, kull min xtaqli l-ġid u anke d-deni."
Huwa stqarr li ħadd mhu perfett, iżda saħaq li dejjem jipprova jagħti l-aħjar tiegħu u jkun ta' servizz b'tbissima, kemm fil-ħidma tiegħu fil-politika kif ukoll fil-klinika.
Awguri!