“Jien Tant Grat Li Qed Naqsam Din Il-Ħajja Sabiħa Miegħek! Grazzi Ta’ Dak Kollu Li Int U Ta’ Dak Kollu Li Tagħmel.” – Gianluca Bezzina Lil Martu Vanessa

Gianluca u Vanessa

Illum hi ġurnata speċjali għal persuna li l-kantant lokali Gianluca Bezzina tant iħobb. Lura fl-2023 hu ddedika kanzunetta għaliha, Sabiħa, li spiċċa rebaħ l-edizzjoni ta' Mużika Mużika biha. Illum nagħtu x-xewqat sbieħ lil martu, Vanessa.

Gianluca kiteb messaġġ fejn jesprimi kemm hu grat li għandu lilha f'ħajtu u kemm jinsab kuntent li qed jaqsam ħajtu magħha. Jirringrazzjaha għall-appoġġ u l-imħabba li dejjem tagħti.

"Awguri f’għeluq sninek, imħabbti. Jien grat ħafna li qed naqsam din il-ħajja sabiħa miegħek! Grazzi ta’ dak kollu li int u ta’ dak kollu li tagħmel. Nawgura ħafna snin oħra flimkien," jikteb Gianluca.

Awguri mill-qalb Vanessa!

Ritratti:

Facebook/ Gianluca Bezzina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI