“Nawguralu Sinċerament Fl-40 Anniversarju Mill-Ordinazzjoni Saċerdotali Tiegħu Li Ċċelebra Lbieraħ.” – Clifford Galea

Clifford fil-palazz tal-Arċi

Clifford Galea qasam ritratti meħudin minn mument speċjali tul iż-żjara tiegħu fil-Palazz tal-Arċisqof Charles J Scicluna li jinsab ġewwa l-Imdina. Hemm preżenta l-ktieb il-ġdid, fl-okkażjoni tal-anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.

"Kien ta’ unur li lbieraħ żorna l-Palazz tal-Arċisqof fl-Imdina u ppreżentajna l-ktieb il-ġdid lill-Arċisqof. Nieħu wkoll din l-okkażjoni biex nawguralu sinċerament fl-40 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu li ċċelebra lbieraħ."

Bosta kkummentaw taħt il-post biex jawgurawlu huma wkoll f'dan l-anniversarju speċjali. Awguri mill-qalb lill-E.T. Charles J Scicluna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI