Il-paġna uffiċjali tat-Transport Malta, permezz ta' messaġġ profond, iddedikat it-talb u l-ħsibijiet lil Godfrey Camilleri li weġġa’ f’inċidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta’ dmirijietu u kitbu li qegħdin f’kuntatt mal-familja tiegħu.
Fuq il-paġna kitbu, “Talbitna u ħsibijietna mal-uffiċjal tagħna tas-sezzjoni tal-muturi tal-infurzar Godfrey Camilleri li weġġa gravi f’inċident bil-mutur waqt il-qadi ta’ dmirijietu sabiex Transport Malta tassisti fil-mixja ta’ Puttinu Cares. Transport Malta tinsab f’kuntatt mal-familja sabiex tagħti l-appoġġ kollu meħtieġ f’dawn il-mumenti diffiċli.”
Nirringrazzjaw lil Godfrey Camilleri mill-qalb tas-servizz tiegħu u nżommu lilu u kif ukoll lill-familja u l-ħbieb tiegħu fit-talb tagħna biex ma jdumx ma jaqleb għall-aħjar u kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid.
Facebook / Transport Malta