“Taqbel Jew Ma Taqbilx, Konvinta Li Ħafna Jemmnu Li Mara M’Għandhiex Tissogra L-Ħabs F’każ Hekk.” – Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg

Mara lbieraħ ingħatgħat sentenza sospiża minħabba li għamlet abbort permezz tal-pillolli li xtrat minn fuq l-internet. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg tkellmet proprju dwar dan.

Hi kitbet, “Taqbel jew ma taqbilx, konvinta li ħafna jemmnu li mara m’għandhiex tissogra l-ħabs f’każ hekk. Min jaf kemm smajna li qatt ħadd ma mar jew irriskja l-ħabs. Min jaf kemm smajna mhux vera qed jitressqu nisa l-Qorti.”





Hi żżid, “Peró din is-sentenza tal-Qorti lbieraħ terġa’ tesponi b’mod ċar li r-realtà hi differenti minn hekk. Nisa f’sitwazzjoni bħal din għandhom isibu kompassjoni u għajnuna, mhix inkwiżizzjoni u proċeduri l-Qorti. In-nisa m’għandhomx ikunu f’sitwazzjoni ta’ biża’ li saħansitra jitolbu għajnuna medika.”

X’inhi l-opinjoni tagħkom dwar dan?

Facebook / Rebecca Buttigieg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI