Tasal Il-Gaġġa Li Marvic Irrid Iqatta' Ġurnata Fiha – X'Taħsbu Minn Dan Il-Kastig?

Fil-live show ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Marvin wieġeb it-telefon u spiċċa intortament ħa kastig mingħand Big Brother Malta. Il-kastig kien li jrid iqatta’ ġurnata f’gaġġa ġewwa l-bitħa ta’ Big Brother.





Ħafna nies bdew isaqsu meta se tasal din l-imbierka gaġġa, u anke r-residenti tad-dar kienu qed jinku lil Marvic u jsemmu li donnu Big Brother nesa minkejja li dan jisma’ u jara kollox. Iżda fl-aħħar din il-gaġġa waslet. Hi gaġġa mdaqqsa u b’hekk Marvic se jkollu fejn jiċċaqlaq ftit mhux ħażin.

Fuq il-mezzi soċjali, ħafna qed jgħidu li dan mhux att uman u Big Brother qed ikun taċ-ċajt li ta dan il-kastig lil Marvic meta ma għamel xejn ħażin. Iżda żgur li se jkun mument interessanti biex naraw kif Marvic se jirreaġixxi u kemm ir-residenti l-oħra se jikkumpatuh.

Intom taqblu ma’ dan il-kastig?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI