“Tawgura Kull Suċċess Lil Żewġ Żgħażagħ Li Tista' Tgħid Ilhom Involuti Fis-Soċjetà Tagħna Sa Minn Età Żgħira” – Għaqda Mużikali Sant'andrija

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Għaqda Mużikali Sant’Andrija awguraw lil żewġ membri tal-għaqda tagħhom hekk kif gradwaw mill-kors tal-liġi.

Huma qalu, “L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija tingħaqad fil-ferħ u tawgura kull suċċess lil żewġ żgħażagħ li tista’ tgħid ilhom involuti fis-Soċjeta’ tagħna sa minn eta’ żgħira. Aisha Grech Agius u Mariah Psaila temmew b’ suċċess il-kors fl-Universita’ ta’ Malta ta’ Bachelor of Laws (Hons).”

Żiedu jgħidu, “Aisha Grech Agius sservi bħala Chairperson tas-Sezzjoni Żgħażagħ u dan minnu nnifsu jfisser xogħol u responsabilta’. Mariah Psaila, minbarra li hi membru attiv tal-istess Sezzjoni, hi wkoll mużiċista mal-Banda Sant’Andrija.”

Qalu wkoll, “Nawguraw ukoll lil ħafna zgħażagħ li matul dawn il-ġranet rċevew ir-riżultati tal-eżamijiet.  Jalla dak li ħdimtu għalih issa tistgħu tgawdu l-frott tiegħu. Komplu aħtfu l-opportunitajiet u avvanzaw fl-istudju tagħkom! Aħna lkoll kburin bikom!”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI