Taxxa Ta’ €3 Fuq Pakketti Minn Temu, Shein U Kumpaniji Oħra Minn Lulju Li Ġej

Il-ministri tal-finanzi tal-UE ddeċidew u qablu li jimplimentaw taxxa ta’ €3 fuq pakketti li jidħlu fl-Unjoni Ewropea minn pjattaformi bbażati fiċ-Ċina bħal Temu, Shein, Aliexpress u aktar. It-taxxa se tiġi introdotta minn Lulju tal-2026 u se tiġi imposta fuq pakketti li huma taħt il-€150.

Din it-taxxa qed tiġi implimentata biex trażżan iż-żieda bla preċedent fil-pakketti li jidħlu fl-Unjoni Ewropea. Id-dejta turi li fl-ewwel disa’ xhur tal-2025, l-Unjoni Ewropea rċeviet aktar pakketti mill-2024 f’daqqa.

Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala soluzzjoni temporanja waqt li l-Unjoni Ewropea taħdem fuq riforma usa’ tal-Unjoni tad-Dwana tagħha li mistennija titlesta sal-2028. Meta dan isir, l-awtoritajiet jimmiraw li jintaxxaw l-importazzjonijiet abbażi tal-valur u l-kategorija tal-prodott tagħhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI