Il-paġna lokali ‘Maltese Islands Weather’ ippubblikat tbassir tat-temp għal għada id-29 ta’ Ġunju.
Fuq il-paġna spjegaw, “Tbassir tat-Temp Dettaljat għat-Tnejn 29 ta' Ġunju 2026. Temp: xemxi. L-Ogħla Temp: 34°C (tinħass: 39°C) L-Anqas Temp: 25°C (tinħass: 27°C). Riħ: Grieg it-Tramuntana għal Majjistral it-Tramuntana Forza 2 għal 3. Varjazzjoni ta' Umdita': 45% sa 75%.”
Żiedu jħabbru, “Xita Prevista (stima ta’ medja nazzjonali): 0 mm. Indiċi UV: 10 (Għolja Ħafna). Kundizzjoni tal-Bahar: Ħafif. Direzzjoni tal-Mewġ: Majjistral. Għoli Medju tal-Mewġ: 0.6 metri għal 0.4 metri. Kundizzjoni ta’ l-Imbatt: Ftit li Xejn. Temperatura tal-Baħar: 25°C.”
Jidher li se tkun ġurnata oħra sajfija ta’ xemx u sħana. Nirringrazzjaw lill-paġna għal dan l-aġġornament.
Facebook / Maltese Islands Weather