Temperaturi B’5°C Ogħla Aktar Min-Norma Fil-Mediterran – Aġġornament Tat-Temp

Il-Paġna Aġġornament tat-Temp qed taqsam messaġġ dwar temperaturi li huma 5°C ogħla aktar min-norma fil-Mediterran.Is-sħana estrema fil-Mediterran b’żieda ta’ 5°C fuq in-normal qed iħalli impatt serju fuq in-nies u l-annimali. Għalina l-bnedmin, ifisser iktar każi ta’ mard relatat mas-sħana, pressjoni għolja, u saħansitra mwiet fost l-anzjani. Ix-xita tonqos, l-ilma jsir skars, u l-mard infettiv jinfirex aktar. Fl-annimali, ħafna speċijiet qed ibatu minn mewta tal-massa, speċjalment fil-baħar, filwaqt li oħrajn qed jitilfu l-abitat tagħhom. It-tisħin qed jattira speċijiet invażivi u jhedded il-bijodiversità. Dan mhux ser jiġri fil-futur – qed iseħħ kollox issa. Hemm bżonn li nieħdu azzjoni u naddattaw qabel ma l-konsegwenzi jsiru irriversibbli.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI