Temperaturi Sħan Mistennija Għal Tmiem Il-Ġimgħa – Tgħid Ħa Ngawduh Il-Weekend?

In-natura qed ikollha waħda minn dawk il-ġimgħat li fiha nesperjenzaw temp ta’ kull tip. Tħallix it-temp skur iqarraq bik għax mistenni temp sħun fuq l-orizzont għall-gżejjer Maltin lejn l-aħħar ta’ din il-ġimgħa. Fi Frar!? Ijja sewwa qrajt!

Skont il-paġna tat-temp lokali Malta Weather, “żona profonda ta’ pressjoni baxxa hija mistennija li tiżviluppa fuq l-Ewropa tal-Punent aktar tard din il-ġimgħa u għal darb’oħra se testendi sew fin-nofsinhar lejn id-Deżert tas-Saħara.”





“Kif kien il-każ fil-bidu ta’ Jannar, dan se jipproduċi riħ sħun ħafna fin-nofsinhar madwar il-Mediterran ċentrali b’temperaturi mistennija jitilgħu għal 20⁰C jew ogħla f’Malta u Għawdex sa nhar il-Ġimgħa li ġej,” qalu.

L-Uffiċċju tal-Met qed ibassar ukoll xi temp iktar sħun għal tmiem il-ġimgħa, b’temperaturi jolqtu l-ogħla ta’ 20⁰C u l-inqas ta’ 13⁰C b’temp l-aktar xemxi. Mhux ħażin!



L-Uffiċċju tal-Met ħareġ ukoll twissija dwar it-temp li tgħid li nistennew xita iżolata bir-ragħad jew anke bis-silġ. Hu ħsieb kekk tkun ħa ssuq. Nafu li b’ħalba xita tajba… jinqala’ ftit traffiku mhux ħażin.

Imma mill-bqija ma tantx għandna għalfejn ninkwetaw għall-bqija tal-ġimgħa għax temp sabiħ għandna nistennew!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI