Bosta siti internazzjonali fosthom The Independent u Times of India qed jirrappurtaw storja li ħalliet bosta min-nies bla kliem. Dan hekk kif ġewwa l-Indja, tifel ta’ madwar sena gidem u qatel serp kobra wara li dan tela’ m’idu.
In-nanna taċ-ċkejken qalet li x’ħin raw is-serp f’idu, lkoll ġrew biex jgħinuh, iżda hu kien laħaq gidem u qatel lis-serp fuq il-post. Wara li gidmu, ċ-ċkejken intilef minn sensieh u kellu jittieħed l-isptar. Dan ġara hekk kif iċ-ċkejken irnexxielu jikkonsma xi valenu minn tas-serp, iżda issa jinsab stabbli.
Fl-Indja hemm madwar 300 speċi differenti ta’ sriep, fejn minnhom hemm madwar 60 tip ta’ serp velenuż. Fl-aħħar 20 sena, ġew irrapurtati madwar miljun gidma ta’ serp madwar il-pajjiż.