Tfaqqas Il-Ħames Bejta Tal-Fkieren Ġewwa L-Ġnejna

Wara li lbieraħ tħabbar li faqset ir-raba’ bejta tal-fkieren, fl-aħħar ħin b’sodisfazzjon nistgħu nħabbru li issa faqset il-ħames bejta tal-fkieren u li pproduċiet 47 fekruna.

Il-ħames bejta li nstabet fil-Ġnejna fit-18 ta’ Lulju ta’ din is-sena, infetħet bir-reqqa mill-ERA, Nature Trust Malta (NTM), fid-9 ta’ Settembru. Il-bejta kellha total ta’ 75 bajda b’47 minn dawn faqsu b’suċċess.

L-ERA tkompli tappoġġja lill-NTM fil-protezzjoni tal-bejtiet tal-fkieren u t-twettiq ta’ salvataġġ u rijabilitazzjoni ta’ annimali oħra madwar il-gżejjer Maltin.



ERA  - Ġnejna





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI