Tfal Minn Tliet Snin ‘Il Fuq Mistiedna Għal Sessjoni Mimlija Avventura Fl-Obstacle Course Academy

Positive Parenting Malta mal-Obstacle Course Academy qed jorganizzaw sessjoni speċjali mimlija sfidi, moviment u divertiment għat-tfal nhar l-4 ta' Settembru, bejn is-17:30 u d-19:30, fl-Imrieħel. L-attività hija miftuħa għal tfal minn tliet snin 'il fuq u se toffri esperjenza dinamika permezz ta' obstacle course imfassal biex jgħin lit-tfal jiżviluppaw il-koordinazzjoni, l-aġilità, il-kunfidenza u l-ħidma f'tim f'ambjent sigur u stimulanti.

Il-parteċipazzjoni tiswa €10 għal kull tifel jew tifla, filwaqt li l-postijiet huma limitati. Il-ġenituri huma mħeġġa jibbukkjaw kmieni biex jiżguraw post għat-tfal tagħhom. Il-parteċipanti għandhom jilbsu ħwejjeġ ħfief u komdi, kalzetti twal u żraben tal-ġiri, kif ukoll iġibu magħhom biżżejjed ilma. It-tfal għandhom jitħallew fil-post indikat, fejn il-kowċis tal-akkademja se jkunu lesti jilqgħuhom qabel tibda s-sessjoni.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol HAWN!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI