"Tgħallimt Ma Niħux Il-Ħajja Bis-Serjetà!" – Il-Preżentatriċi Melanie Kelly F'Għeluq Il-50 Sena Tagħha

Illum tiċċelebra għeluq il-50 sena tagħha l-preżentatriċi lokali Melanie Kelly. F’dan il-jum speċjali hi tistqarr li matul dawn l-aħħar snin tgħallmet tieħu l-ħajja b’inqas serjetà, tgħix iżjed fil-preżent kif ukoll tara li ssib iżjed ħin għaliha nfisha.

“Għal kull verżjoni tiegħi nnifsi li waslitni s’hawnhekk u għall-mara li għadni rrid insir,” temmet tikteb il-preżentatriċi b’entużjażmu.

Minbarra d-diversi programmi lokali li ippreżentat tul is-snin, Melanie Kelly hija wkoll magħrufa bħala l-wiċċ ta’ ‘Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida’.





Awguri!

Ritratti: Facebook / Melanie Kelly



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI