Kif kien mistenni, wara The Mad Movies inqala’ l-paroli bejn l-islanders u t-tensjoni ma tonqosx. Kellhom ħafna x’jiċċaraw u x’jispjegaw, u xi koppji anke forsi kellhom bżonn daqsxejn ħin biex jikkalmaw.
Fi tmiem l-episodju tal-bieraħ skoprejna li ser ikun hemm recouplinh ieħor, fejn it-tfajliet għandhom iċ-ċans biex jagħżlu l-ewwel. Apparti minn hekk jidher li llejla l-vjaġġ ta’ xi ħadd mill-koppji ser jasal fi tmiemu.
Taħsbu li se jkollna xi sorpriżi fir-recoupling? Min taħsbu li ser jasal fi tmiemu l-vjaġġ tiegħu?
TVMi/ TVM+/ Love Island Malta