“Tgħidulix Li Ma Nsibhomx Ta!” Xi Ġralu Llum Lelio Spiteri?

L-għalliem u kap tal-iskola tant maħbub Lelio Spiteri llum ġratlu waħda! Illum waranofsinhar hu fettilu jmur sal-iskola, iżda kif ħareġ mill-karozza sab kowċ li waqfitu hekk kif ix-xufier beda jagħmel sinjali lil Lelio biex jieqaf.

Tgħidulix li ma nsibhomx ta! Illum waranofsinhar fettilli mmur sal-iskola. Ħriġt mill-karozza u bdejt miexi lejn il-bieb prinċipali tal-iskola tagħna. Nara kowċ abjad qed tikser mal-binja. Ix-xufier Jason beda jdoqq il-ħorn u jagħmel sinjali b’idu biex nieqaf. Hekk għamilt. Waqaft,” hu kiteb.

“Fetaħli l-bieba. It-tour leader, Josette, stednitni biex nitla’ u f’ħakka t’għajn qaltli li fuq il-kowċ kellha grupp ta’ studenti żgħażagħ u li kienet qed tgħidilhom fuq il-Happy School għax għalkemm qatt ma ltqajna, issegwi kollox fuq Facebook.”

“Qaltilhom li kellhom ix-xorti jiltaqgħu mal-Kap tal-Iskola! Kelli nieħu l-microphone f’idejja u nispjega fil-qosor il-filosofija li nħaddnu u l-mod kif noperaw fl-iskola tagħna. Il-kowċ ma setax jieqaf u bqajna sejrin sa Pjazza Sant’ Wistin. Hemmhekk Jason waqqaf il-kowċ, il-grupp niżel biex jibda l-mawra tiegħu fil-Belt Victoria u kien erġajt qbadt it-triq lejn l-iskola! Tgħidulix li ma nsibhomx jien ta!”

Dawk iż-żgħażagħ kienu xxurtjati ħafna li ltaqgħu ma’ Lelio!





Facebook/Lelio Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI