Le, dan mhux vapur tal-Pirati jew ħareġ mill-film Pirates of the Caribbean – għalkemm hekk jidher sewwa. Huwa vapur famuż tat-taħriġ tan-navy Taljana magħruf bħala Amerigo Vespucci li l-bieraħ għadda minn viċin il-gżejjer Maltin.
Allegatament, il-vapur avviċina l-Malta mill-Majjistral u kien qiegħed ibaħħar mal-kosta fejn wasal il-Belt Valletta għall-ħabta ta’ nżul ix-xemx. Il-fotografu Jurgen Rekkers ta’ Light in a Box ħa ritratti mill-isbaħ ta’ dan il-vapur.
Normalment, dan il-bastiment ikun miftuħ għal żjarat pubbliċi iżda minħabba r-regolamenti tas-saħħa tal-Coviod-19, dan ma jistax iseħħ. It-taħriġ ta’ din is-sena hu ddedikat għat-Taljani kollha li għaddew minn perjodu diffiċli tul il-pandemija.
Facebook / Jurgen Rekkers – Light in a Box