Tgħum Kuljum? Ix-Xjenza Tgħid li Dan id-Drawwa Sempliċi Jista’ Jbiddel Ġismek u Moħħok

L-għawma ta’ kuljum mhux biss tiffriskak iżda hija waħda mill-aqwa workouts għall-ġisem. B’differenza minn eżerċizzju ta’ impatt għoli, l-għawm huwa ħafif fuq il-ġogi iżda xorta jinvolvi kważi ħafna mill-muskoli. Dan jagħmlu ideali għal min ibati minn uġigħ fid-dahar, ebusija jew qed jirkupra inn xi korriment.

Riċerka turi li l-għawm itejjeb is-saħħa tal-qalb u l-pulmuni. Studju ppubblikat fil-American Journal of Cardiology sab li dawk li jgħumu għandhom riskju aktar baxx ta’ mard tal-qalb meta mqabbla ma’ min ma jgħumx. Fl-istess ħin, ir-reżistenza tal-ilma tgħin biex tinbena s-saħħa u r-reżistenza tal-muskoli mingħajr pressjoni żejda.

Mentalment, l-għawm jaħdem bħat-terapija. In-nifs b’ċertu ritmu u l-moviment ripetittiv jgħinu biex jitnaqqas l-istress u l-ansjetà, simili għall-meditazzjoni. Studji rabtu l-għawm regolari ma’ livelli aktar baxxi ta’ cortisol u burdata aħjar.

Barra minn hekk, jgħin fil-ħruq tal-kaloriji,30 minuta għawm jistgħu jaħarqu bejn 200 u 300 kalorija, skont l-intensità. Jgħin ukoll fil-flessibbiltà, il-pożizzjoni u l-moviment ġenerali.

Jekk qed tfittex drawwa waħda li tgħin kemm lill-ġisem kif ukoll lill-moħħ, l-għawm ta’ kuljum huwa metodu tajjeb ħafna. Apparti li tkun qed tagħmel eżerċizzju u tibqa’ frisk tkun qed tibbenifika wkoll is-saħħa mentali tiegħek.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI