Bil-Filmat: Jgħannaq Lill-Persuna Li Adottatu – Mumenti Emozzjonali

Mario

Filmat li jmiss il-qlub ġie mxerred fuq il-midja soċjali dwar ġmiel ta’ kelb jismu Mario, li wara li ġie adottat minn familja li tatu ċans ġdid fil-ħajja, ma waqafx juri l-gratitudni tiegħu.

Malli rahom, Mario resaq qrib il-persuna li salvatu u ħaddanha b’mod kontinwu, bħallikieku qed jipprova jgħid “grazzi” b’kull mument li jqatta’ magħha.

Din l-imġiba ħelwa u mimlija emozzjoni hija tfakkira ċara tal-imħabba bla kundizzjoni li kapaċi jagħtu l-annimali. Mario issa sab familja u sigurtà, u mhux ta’ b’xejn juri din l-affezzjoni.

Xi ġmiel ta’ filmat!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI