B’niket kbir tħabbret il-mewt ta’ Sr Tarcisia Vella, mara li ddedikat ħajjitha kollha għall-edukazzjoni u s-servizz b’imħabba u fedeltà kbira.
Sr Tarcisia serviet fl-iskola primarja u sekondarja għal bosta snin, kemm bħala kap tal-iskola kif ukoll bħala għalliema u matul dan iż-żmien ħalliet marka profonda fuq ġenerazzjonijiet ta’ tfal, edukaturi u familji. Kienet magħrufa għall-impenn tagħha, l-umiltà u d-dedikazzjoni kontinwa lejn il-komunità edukattiva.
Anke wara li rtirat mit-tagħlim formali, l-imħabba tagħha lejn l-iskola baqgħet ħajja. Baqgħet preżenti u tgħin fejn kien hemm bżonn, dejjem b’qalb miftuħa, ġenerożità u tbissima kwieta.
Ħajjitha kienet xhieda ċara ta’ servizz leali u dedikazzjoni sħiħa. Il-komunità tal-iskola tirringrazzja lil Alla għad-don tal-ħajja tagħha u għal dak kollu li żergħet matul dawn is-snin.
Il-funeral tagħha se jsir għada nhar it-Tlieta fid-9:30 ta’ filgħodu fil-kunvent f’Balzan, Triq Birbal. Inżommu lil Sr Tarcisia fit-talb tagħna u nroddulha l-aħħar tislima. Jalla tistrieħ fis-sliem li għexet bih tul ħajjitha kollha.
Facebook/ Sisters of charity Malta