Riċentament, Puttinu Cares sellmu l-memorja ta’ Jane Farrugia li ħalliet din id-dinja ta’ 93 sena. Hi stess kellha x-xewqa li fil-funeral, flok jingħataw fjuri, jingħataw donazzjonijiet b’risq Puttinu Cares.
Huma qalu, “Jiddispjaċina immens għat-telfa tal-għażiża Jane Farrugia fl-età ta’ 93 sena. Kienet ix-xewqa tagħha li minflok fjuri tingħata donazzjoni lil Puttinu. Grazzi lill-familja tagħha u kull min ta donazzjoni is somma migbura ta €300. Kondoljanzi lill-familja kollha u jalla tistrieħ fis-sliem.”
Ġest mill-isbaħ li permezz tiegħu baqħget tagħmel il-ġid anke wara mewtha. Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tagħha. Tistrieħ fis-sliem.