Madwar 19-il sena ilu, minn bosta tfal u trabi li ħadu sehem f'attività filantropika bit-tama li jkunu huma li jkollhom l-opportunità jieħdu ritratt mal-plejer Arġentin Lionel Messi, intagħżel proprju Lamine Yamal, li dak iż-żmien kien għadu tarbija ta' ftit xhur.
Mingħajr ma kien jaf, Messi kien qiegħed iħaddan miegħu tarbija li kienet se tikber fi plejer b'talent kbir fil-futbol, tant li 19-il sena wara, huwa proprju Lamine Yamal li qiegħed jikkompeti lil Messi sabiex ikun pajjiżu li jerfa' t-Tazza tad-Dinja tal-2026.
🚨TRENDING: In 2007, Leo Messi held a baby for a photo shoot. That baby was Lamine Yamal!
— Polymarket Sports (@PolymarketSport) July 15, 2026
19 years later, they are set to face each other in the 2026 World Cup final! pic.twitter.com/6HtFI0PTWB
Mistoqsi dwar din l-istorja li tmur lura kważi 20 sena, Lionel Messi saħaq li għandu ammirazzjoni kbira lejn il-plejer żagħżugħ ta' 19-il sena tant li ddeskrivieh bħala "wieħed mill-aqwa fid-dinja tal-futbol bħalissa".
Kompla billi awguralu kull suċċess fil-karriera tiegħu, iżda bi tbissima żgura lill-partitarji Arġentini li se jagħmel l-għalmu tiegħu sabiex ma jkunx il-plejer Spanjol ta' 19-il sena li dis-sena jerfa' t-trofew tat-Tazza tad-Dinja.
Għada fid-21:00 se jkun qed iseħħ l-aħħar konfront ta' din it-Tazza tad-Dinja fejn Spanja u l-Arġentina se jagħmlu li jistgħu sabiex jirbħu t-titlu ta' ċampjins tal-futbol.
Facebook / FIFA World Cup u Leo Messi, X / Polymarket Sports (Joan Monfort)