“Qiegħda Saħansitra Tmiss Il-45°C!” – Il-Mewġa Ta’ Sħana Mistennija Tippersisti Sa Nhar L-Erbgħa

Mewġa ta' sħana qed tkompli tifni lill-gżejjer Maltin bis-sħana qalila, u mistennija tkompli tagħmel dan minn tal-inqas sa nhar l-Erbgħa li ġej. Fost oħrajn, persuna semmiet kif mill-karozza tagħha t-temperatura ta' barra misset saħansitra il-45°C.

F'dan l-isfond, is-sit Aġġornament tat-Temp ħareġ twissija fejn spjega li "s-sitwazzjoni hija ferm allarmanti milli wieħed jaħseb". Is-sit semma kif l-umdità baxxa fuq livelli rekord qiegħda tkompli żżid l-intensità ta' din il-mewġa.

Huma għaldaqstant ħeġġew lill-pubbliku sabiex jixrob iżjed ilma u b'mod partikolari appellaw lill-anzjani sabiex jevitaw li joħorġu bejn il-ħinijiet tad-9:00 u s-18:00, fejn ix-xemx tkun fl-eqqel tagħha.

Qed tħossuha taħraq iżjed mis-soltu x-xemx?

Ritratti:

Facebook / Malta Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI