Il-paġna ta' La Voix Studios fuq il-mezzi soċjali tagħha ħabbret, "Aħna eċċitati ħafna biex inħabbru li l-Annual Show ta’ La Voix Studios għall-14 ta’ Settembru huwa mibjugħ!"
Huma jżidu, "Ma nistgħux nistennew biex nuru t-talent tal-istudenti tagħna quddiem auditorium mimli. Għal min irid jattendi, baqa’ numru limitat ħafna ta’ biljetti għat-13 ta’ Settembru – aqta' l-biljett tiegħek issa qabel jispiċċaw!"
Il-kunċert tas-sena li għaddiet kien wieħed ta' suċċess u b'hekk ħafna ħerqana sabiex jaraw x'għandu x'joffri l-kunċert ta' din is-sena. Kunċert li se jkun qed jiċċelebra l-istudenti li se jinterpretaw kanzunetti minn films u kanzunetti minn musicals.
F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil La Voix Studios taħt id-direzzjoni ta' Gillian Attard l-aqwa suċċess. Dawk li għadhom ma qatgħux il-biljett tagħhom, jista' jagħmlu dan billi jidħlu HAWN. Ħaffu għax fadal biss 15-il biljett!