F’Diċembru li ġej, Malta se terġa' tiftaħ l-istaġun tal-Milied b'ċelebrazzjoni straordinarja ta’ mużika, hekk kif it-tenur Malti ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja jippreżenta l kunċert tal-Milied tant mistenni tiegħu.
Nhar il-Ġimgħa 18 ta' Diċembru 2026, il-Malta Fairs and Conventions Centre (MFCC) f'Ta' Qali se jilqa' serata spettakolari li tlaqqa' flimkien tliet artisti eċċezzjonali: fuq il-palk ma' Calleja se jkun hemm il-kantawtur Taljan leġġendarju Claudio Baglioni u s-sopran Sarah Brightman.
Bi tliet vuċijiet u tradizzjonijiet mużikali distinti, il-kunċert ser joffru taħlita siltiet klassiċi, melodiji Taljani li ma jmutu qatt u naturalment, kanzunetti li huma sinonimi mal-Milied.
Minn arji mill-isbaħ sal-klassiċi l-iktar maħbuba, l-udjenza tista' tistenna serata li ma tintesiex, mimlija eċċellenza mużikali u l-maġija tal-Milied.
Għal Claudio Baglioni, dan il-kunċert huwa ritorn mistenni lejn Malta. Fl-2007, il-kunċert tiegħu Ciao O'Scià fil-Valletta Waterfront wassal lejla ta' mużika u djalogu flimkien ma' artisti Maltin u Taljani, għal aktar minn 100,000 ruħ.
Sarah Brightman, hija l-iktar soprano ta’ suċċess kummerċjali fid-dinja kif ukoll oriġinat ir-rwol ta’ Christine Daaé f'The Phantom of the Opera.
Hija tasal f’Malta wara għadd ta’ rappreżentazzjonijiet fil Ġappun bħala parti mill-kast internazzjonali tal-musical Sunset Boulevard, fejn tinterpreta r-rwol ta’ Norma Desmond.

Calleja, Baglioni u Brightman ser jkunu akkumpanjati mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direzzjoni mużikali tas-Surmast Paul Bateman, flimkien mad-direttur mużikali ta' Baglioni Adriano Pennino u s-Surmast Kevin Abela.
Jirritorna wkoll f’dan il-kunċert il BOV Joseph Calleja Children's Choir taħt it-tmexxija tas-sopran Gillian Zammit, li ser jkompli jamplifika il-maġija li jġib miegħu dan il-kunċert tal-Milied.
“L-istaġun tal-Milied iġib miegħu ferħ speċjali, u jien kuntent ħafna li se naqsam il-palk ma' artisti daqshekk eċċezzjonali għal din iċ-ċelebrazzjoni,” qal Calleja.
“Flimkien, nittamaw li noħolqu serata mimlija emozzjoni permezz tas-sbuħija tal-mużika li għandha l-abbilta’ li tgħaqqad lin-nies flimkien.”
Organizzat minn greatt, bl-appoġġ ta' VisitMalta, Festivals Malta, u l-Bank of Valletta, il Kunċert tal-Milied ta' Joseph Calleja dan il-kunċert sar parti important fil-kalendarju kulturali ta' Malta, u kull sena jġib artisti ta' fama internazzjonali fil-gżira għal wirjiet li tassew jkunu memorabbli.
Il-biljetti jibdew jinbiegħu nhar il- Ħadd 25 ta’ Ottubru, 2026, fl-12:00hrs permezz ta' eventworks.mt. Huwa rakkomandat ħafna li tibbukkjaw kmieni għal dak li se jkun wieħed mill-avvenimenti mużikali l-iktar mistennija tal-istaġun tal-festi għal din is-sena.