The Lizzie Borden Story – Serje Fuq Netflix Li Bħalissa Jinsab Fuq Fomm Kulħadd

Serje ġdida fuq Netflix li bħalissa qed tqajjem ħafna diskussjoni hija Monster: The Lizzie Borden Story. Is-serje ħarġet fis-17 ta’ Settembru u hija r-raba’ parti mill-antoloġija popolari Monster, wara l-istejjer ta’ Jeffrey Dahmer, l-aħwa Menendez u Ed Gein. Din id-darba, għall-ewwel darba, il-produzzjoni tpoġġi mara fiċ-ċentru tal-istorja.

L-istorja hija bbażata fuq wieħed mill-aktar każijiet kriminali magħrufa fl-istorja Amerikana. Fl-4 ta’ Awwissu tal-1892, Andrew Borden u martu Abby nstabu maqtula fid-dar tagħhom f’Fall River ġewwa Massachusetts. It-tifla ta’ Andrew, Lizzie Borden, li dak iż-żmien kellha 32 sena, ġiet arrestata ġimgħa wara u tressqet il-Qorti akkużata bil-qtil doppju. Madankollu, fl-20 ta’ Ġunju tal-1893, il-ġurija sabitha mhux ħatja. Sal-lum, ħadd ma ġie kkundannat għal dawn l-omiċidji u l-każ baqa’ wieħed misteru.

Min jibda jara s-serje għandu jżomm f’moħħu li dan mhux dokumentarju. Il-produzzjoni ħadet diversi angoli fittizji, relazzjonijiet u ġrajjiet li m’hemmx evidenza storika li seħħew. Anke Beatty stess spjegat li l-karattru li qed tinterpreta huwa verżjoni ħafna aktar fittizja tal-vera Lizzie Borden.

Hawn min segwih?

Ritratti:

Netflix

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI