Iċ-Ċentru Tad-Demm ta’ Malta ppubblika fatt interessanti fuq il-mezzi soċjali biex ikompli jħeġġiġna nagħmlu dan il-ġest nobbli.
Fuq il-paġna spjegaw, “Fatt interessanti dwar id-donaturi: Iddum biss għaxar minuti tagħti d-demm. Il-proċess sħiħ, biex niċċekkjaw int tkunx eliġibbli qabel tagħti d-demm u naraw li tinsab f’saħħtek wara li tagħmel dan il-ġest sabiħ, jieħu madwar siegħa b’kollox, imma li tagħti d-demm innifsu ddum biss għaxar minuti.”
Żiedu jgħidu, “Taffordja tagħti ftit mill-ħin tiegħek? Nistgħu nagħmluha iżjed faċli għalik biex torganizza l-ġest sabiħ tiegħek madwar il-ħin liberu tiegħek, billi nipprovdulek transport b’xejn. Ċemplilna fuq 80074313 u bbukkja l-karozza biex twasslek!”
Titħajjru tmorru tagħtu d-demm intom?
Facebook / Blood Donation Malta – NBTS