The Travellers Joħorġu Kanzunetta Ġdida Għas-Sajf Bl-Isem 'Ġmiel'

Il-grupp lokali The Travellers għadu kif ħareġ kanzunetta ġdida li ġġib l-isem ‘Ġmiel’. Din hija t-tieni kanzunetta li l-grupp Malti ħareġ din is-sena u fiha tidher ċara l-passjoni ta’ dawn l-artisti lejn il-lingwa u l-kultura Maltija.

“Din il-kanzunetta hija bbażżata dwar dak il-mument meta persuna speċjali tidħol f’kamra u tibdel l-enerġija kompletament,” spjega wieħed mill-vuċijiet tal-kanzunetta ‘Ġmiel’, il-kantant Chris Gatt.

Jidher li permezz ta’ din il-kanzunetta, l-grupp The Travellers qed ikompli jipprepara sabiex is-sena d-dieħla jiċċelebraw l-10 anniversarju tagħhom.





Prosit lill-grupp The Travellers!

Ritratti: Facebook / The Travellers Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI