Matul dawn il-jiem tal-Karnival, il-Kunsill Lokali Ħamrun ħa ħsieb biex iżejjen numru ta’ ġonna b’karrijiet u maskaruni tal-Karnival.

Fin-nuqqas li ma jistawx isiru attivitajiet, il-Kunsill Lokali Ħamrun żejjen uħud mit-toroq biex titgawda ftit l-atmosfera tal-Karnival u b’hekk it-tfal ikunu jistgħu jgawdu dawn il-festi tal-fantasija.

L-akbar attrazzjoni tinsab fi Pjazza San Pawl fejn bl-ghajnuna ta’ Festivals Malta sar Karru mil-isbaħ li qed isebbaħ din il-pjazza sabiħa.
Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun qed iħeġġeġ lil kulħadd biex iżur dak imħejji b’attenzjoni sħiħa biex nieħdu ħsieb is-saħħa tagħna. Titħajjar tmur? Iktbilna fil-kummenti.