Tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi bravissima Anna Bassily. Anna tibqa' waħda minn dawk l-atturi li tant titrasmetti emozzjoni f'kull parti li taħdem.
Id-debutt ta’ Anna kien fl-1989, f’produzzjoni Taljana La Bottega del Caffe taħt id-direzzjoni ta’ John Suda fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Anna bdiet taħdem mat-tim ta' Bronk Productions fejn kienet f'diversi produzzjonijiet teatrali.
Fl-2005 kien il-bidu tal-esperjenza ta' Anna fuq produzzjoni Televiżiva, fejn kellha parti fis-sensiela Saħta fuq Uliedi. Lil Anna rajnieha f'bosta produzzjonijiet popolari fosthom Gizelle, Missjoni, Il-Kristu tal-Kerrejja, It-Tfal, Vittmi u fost l-iktar li baqgħet tissemma għalih, F'Salib it-Toroq.
F'din tal-aħħar Anna ħadmet il-parti ta' Maria Debono, omm u mara li għaddiet minn ħafna xorti, u esperjenzi xejn faċli. Fis-sensiela F'Salib it-Toroq Maria ġġarrab il-mewt ta' binha Roderick. L-emozzjoni li nħasset f'dak il-karattru kien fenomenali.
Fl-aħħar snin Anna kienet anke parti mill-kast ta' Ulied il-Lejl kif ukoll f'Baħar Wieħed, produzzjoni li reġgħet ittellgħet fl-Istitut Kattoliku fl-2023. Matul din l-iskeda kienet parti minn CASA Ċelestina.
Awguri mill-qalb Anna!
Facebook/ Anna Bassily