Attriċi maħbuba immens li llum qed tiċċelebra għeluq sninha hi Rebecca Dimech Menniello. Rebecca, li rajnieha f’diversi produzzjonijiet ta’ livell għoli kemm lokali u kemm internazzjonali. Fosthom lokalment nafuha minn Deċeduti, NOLI u L-Għarusa.
Rebecca dejjem taraha għaddejja b’xi proġetti u esperjenzi ġodda speċjalment fejn jidħol ir-reċtar, u ċertament li fadal x’naraw.
Dan huwa t-tieni jum għeluq sninha bħala miżżewġa, hekk kif lura f’Settembru 2024 Rebecca u żewġha Nicolas qalu s-signor si.
Apparti mit-talenti artistiċi tagħha, ħafna jafu kemm Rebecca tkun il-vuċi għal ħaddieħor, fejn anke għenet persuni li xtaqu jilħqu xi għan, bħal donazzjonijiet għal kawżi ġusti. Hi vuċi anke għall-ħlejjaq innoċenti, li sfortunatament ħafna drabi jispiċċaw isofru.
Bosta segwaċi u ħbieb tagħha awgurawlha f’din il-ġurnata billi bagħtulha xewqat sbieħ fuq il-pjattaformi soċjali! Awguri għażiża!