Illum nawguraw l-isbaħ xewqat lill-attriċi lokali Tania Scicluna li m'hijiex wiċċ ġdid fix-xena lokali. Rajnieha f'diversi produzzjonijiet lokali u ħadmet karattri li żgur ħallew impatt.
Fil-fatt ħafna jiftakruha tieħu sehem fis-sensiela komika L-Avukat Gawdenz Bilocca fejn kienet interpretat il-parti ta' Doris, il-kuġina ta' Gawdenz (Fabian Scerri De Carlo). Fl-2012 laqqagħtna mal-karattru partikolari ta' Sunta fis-sensiela tant ikonika Simpatiċi.
Lura fis-snin hi kienet parti mis-sensiela Villa Sunset, Ipokriti kif ukoll kienet kantanta fl-ewwel staġun ta' Dejjem Tiegħek Becky.
Awguri Tania!
Facebook/ Tania Scicluna