Bil-Filmat: Opportunità Unika Sabiex Tiskopri Wieħed Mill-Akbar Teżori Storiċi F’Raħal Ġdid

wirt kulturali

Żewġ kunsilliera lokali minn kampijiet differenti qed jingħaqdu biex jippromwovu opportunità unika għall-pubbliku biex jiskopri wieħed mill-akbar teżori storiċi li jinsabu f’Raħal Ġdid.

Iż-żewġ kunsilliera, Darren Lynch u Roderick Caruanza, li ħareġ b'din l-inizjattiva, qed iwasslu messaġġ komuni favur il-kultura, l-istorja u l-valur tal-wirt lokali.

L-attività toffri lill-pubbliku ċ-ċans li jersaq aktar qrib ta’ dan is-sit storiku u japprezza l-ġid kulturali li jinsab fil-qalba tal-komunità.

Il-parteċipazzjoni ta’ żewġ kunsilliera tkompli tenfasizza kif il-wirt storiku jista’ jkun punt li jgħaqqad lill-komunità kollha. Ara l-filmat biex issir taf aktar dwar din l-opportunità speċjali f’Raħal Ġdid.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI