Waqt il-programm Ftit Xemx Kuljum titkellem l-attriċi eċċezzjonali, Jane Zammit, li fost l-oħrajn rajnieha tieħu sehem fis-sensiela Santa Monika lura fis-snin. Apparti minn hekk għandha kumpanija li tieħu ħsieb kitba, reċtar eċċ.
Wara li tilfet lil binha, Jane bdiet tikteb. Il-preżentatur Pierre Cordina jistaqsiha dwar jekk għenitx il-kitba biex tibqa' miexja 'l quddiem, u tgħid li jekk taħdem fuq dak li jkun bħalma ħadmet fuqha, għandhom jagħmluha.
"It-tbissima tkun ħierġa mill-qalb," tgħid Jane meta mistoqsija dwar x'inhu s-sigriet biex dejjem narawha titbissem u titrasmetti spirtu pożittiv. Issemmi lill-għażiż żewġha Edward ukoll, li ssibu tant ta' sapport.