Illum tiċċelebra għeluq sninha Celaine Buhagiar Bugeja, lil Celaine tafuha għaż-żfin iżda hi tmexxi wkoll l-istazzjon tar-radju tal-Università Campus FM. Stazzjon li jippromovi ħafna l-mużika Maltija u t-talent Malti.
F'dan il-jum għażiż kienu ħafna li awgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha fuq il-mezzi soċjali. Minn studenti, għall-kollegi u nies li ltaqgħet magħhom tul il-vjaġġ tal-ħajja.

Ritratt: Facebook/ Celaine Buhagiar Bugeja
Celaine hija persuna professjonali għall-aħħar iżda dejjem bi tbissima fuq wiċċha u lesta biex tara x'ħa toħloq. Artista ta' vera.
F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha wkoll sena mimlija proġetti, saħħa u hena. Nafu li kull ħaġa li tidħol għaliha Celaine, tidħol għaliha b'tant enerġija u dan żgur jawgura tajjeb għal kull proġett li tkun fih! Awguri!
Facebook/ Celaine Buhagiar Bugeja