“Ma Nistgħux Inkunu Aktar Kburin” – Claudette Abela Baldacchino F’Għeluq Snin It-Tewmin Pinar U Arthur

Claudette Abela Baldacchino

Claudette Abela Baldacchino qasmet messaġġ mimli mħabba u ferħ f’għeluq l-10 snin tal-għeżież tewmin Pinar u Arthur.

Huma għalqu għaxar snin. F’messaġġ li qasmet, hi ddeskriviethom bħala żewġt itfal mimlijin enerġija, ferħ u mħabba. Claudette stqarret kemm hi kburija bihom u b'dak li waslu għalih illum.

"Dan il-weekend kien mimli b’taħlita intensa ta’ emozzjonijiet - iċċelebrajna pass importanti ħafna f’ħajjitkom u fraħna magħkom hekk kif tlajtu fuq il-podju! Ma nistgħux inkunu aktar kburin bit-tfal mill-aqwa li qed issiru."

Awguri mill-qalb lil Pinar u Arthur f’għeluq l-10 snin tagħhom, b’aktar snin ta’ saħħa, hena, mħabba u suċċessi sbieħ!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI