"Tifhem X'Qed Jiġri Madwarha, Imma Ma Tistax Tesprimi Ruħha… Dik Hi L-Qagħda Ta' Bintna" – Il-Ġenituri Ta' Jasmine

Il-ġenituri taċ-ċkejkna Jasmine tkellmu fuq il-midja soċjali dwar l-isfidi li jkollha taffaċja binthom li tbati b’kundizzjoni magħrufa bħala cerebral palsy.

“Immaġina tifhem dak li jkun qed jiġri madwarek imma ma tkunx tista’ tesprimi ruħek u tgħid x’qed tħoss,” spjegaw il-ġenituri ta’ Jasmine. Dan hekk kif din il-kundizzjoni taffetwa l-moviment fiżiku tal-persuna u l-kontroll fuq il-muskoli.

Huma spjegaw kif minħabba f’hekk, iċ-ċkejkna jkollha b’mod kontinwu tiġġieled ma’ ġisimha sabiex issib mezzi kif tista’ tesprimi ruħha u tikkomunika ma’ dawk ta’ madwarha.

“Aħna kontinwament nipprovaw ngħinuha sabiex naraw li tkun tista’ tesprimi ruħha b’mod aħjar,” temmew jiktbu l-ġenituri taċ-ċkejkna li saħqu li b’xorti tajba Jasmine dejjem jirnexxielha timpressjonhom bil-progress li tagħmel.





Kuraġġ, Jasmine!

Ritratti: Facebook / Jasmine’s Journey



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI