“Tifla Tal-Year 3 Suppost Mistħija Titkellem Miegħi B’Kunfidenza U B’Edukazzjoni Liema Bħalha” – Lelio Spiteri

Lelio Spiteri huwa magħruf għar-rispett u mħabba li jimxi bihom mal-istudenti fl-iskola primarja tar-Rabat, Għawdex li tagħha huwa l-kap.

Lelio kiteb dwar tifla li tinsab fil-klassi tat-tielet sena, fejn din kienet inkwetata dwar is-sena skolastika li bdiet illum u insistiet ma’ ommha li riedet tkellmu u ċċempillu. Wara li l-omm għarfet lil Lelio b’dan, huwa stess iddeċieda li jċempel lil din it-tifla u dan baqa’ skantat bil-mod kif kelmitu. Dan għaliex din it-tifla tat-tielet sena kelmitu b’kunfidenza u bl-edukazzjoni.

“Mur ġib lili bħala tifel inċempel lill-kap tal-iskola u b’kunfidenza sħiħa nħossni komdu nesprimi dak li qed jinkwetani” kompla jikteb Lelio.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI