Jekk ta’ spiss tgħaddi mill-inħawi tal-Marsa u ta’ Ħal Luqa, b’mod partikolari minn ħdejn il-Proġett tal-Junction tal-Marsa, tajjeb tkunu tafu li d-devjazzjoni għal Triq Garibaldi issa tneħħiet u nfetħu karreġġjati ġodda.
“Illum ftaħna mill-ġdid il-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Triq Garibaldi, minn Ħal Luqa għall-Marsa. Ser niftħu flyovers ġodda tal-Marsa Junction Project ix-xahar id-dieħel. L-aħbar li aktar flyovers li kienu skedati biex jinfetħu waslet aktar kmieni dan ix-xahar, wara li x-xogħlijiet ġew ittardjati minħabba l-pandemija,” kitbu Infrastructure Malta fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom.
Huma infurmaw lin-nies ukoll, “ftaħna l-korsiji ġodda tal-Marsa Junction Project minn Vjal Sir Paul Boffa, RaħalĠdid lejn Triq Aldo Moro, il-Marsa, fid-direzzjoni tat-Tramuntana. B’hekk, ftaħna mill-ġdid ukoll Triq Garibaldi fid-direzzjoni minn Ħal Luqa lejn il-Marsa.”
Suqu bil-galbu u imxu mat-tabelli l-ġodda ħalli ma titfixklux!