“Dan Il-Kelb Ta’ kważi Sentejn Qed Ifittex Dar Li Tilqgħu Għal Dejjem” – Christa Cilia 

Christa Cilia qasmet appell fuq il-midja soċjali dwar kelb  li għadu kif daħal fil-kura tagħhom riċentament.

Il-kelb se jkun qed jiċċelebra t-tieni għeluq sninu f’Novembru. Skont Christa, għandu karattru ħelu u soċjevoli, huwa mimli enerġija, iħobb il-mixjiet u jmur tajjeb ma’ klieb oħra. Issa jeħtieġ familja li tagħtih l-imħabba, il-kura u l-istabbiltà li tixraqlu.

Fl-appell tagħha, Christa saħqet li l-adozzjoni ta’ kelb mhijiex deċiżjoni li għandha tittieħed biss għax wieħed ikun intlaqat minn wiċċ ħelu. Qabel ma japplikaw, dawk interessati għandhom jaħsbu sew dwar ir-rutina tagħhom, il-ħin li jistgħu jiddedikawlu u r-responsabbiltajiet li jiġu ma’ annimal domestiku.

Hija fakkret ukoll li l-klieb huma impenn għal ħajjithom kollha u li l-futur tagħhom m’għandux jiddependi minn bidliet fiċ-ċirkostanzi tal-familja. Għal dan il-kelb, li għadu daqshekk żgħir, l-akbar rigal ikun li jsib post fejn iħossu sigur u ma jkollux għalfejn jerġa’ jibdel id-dar.

Min tassew jinsab lest li joffrilu dar permanenti jista’ jimla l-formola tal-adozzjoni msemmija fil-post ta’ Christa Cilia. Hija talbet ukoll ftit paċenzja wara li tintbagħat l-applikazzjoni u spjegat li, jekk il-kelb jiġi adottat, l-applikanti jiġu infurmati.

Ritratt:

Facebook/ Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI