“Irridu nipproteġu l-aħħar ftit postijiet ħodor li Malta għandha għad-dilettanti tal-beraħ, mixjiet, u campers,” hekk tibda din il-petizzjoni. L-istess petizzjoni tgħid li s-sit MaltaToday jinsab infurmat li l-proposta ġiet ippreżentata waqt laqgħa tal-Kabinett nhar it-Tlieta u jidher li ma tqajmet l-ebda reżistenza għall-proposta.
Sors tal-gvern qal li l-proposta kienet maħsuba biex tifformalizza t-talbiet li l-lobby ewlieni tal-kaċċa FKNK għandu fuq l-artijiet, li huma jokkupaw matul l-istaġuni tal-kaċċa fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. Iżda tajjeb li ngħidu li dawn huma artijiet pubbliċi li ċ-ċittadini għandu kull dritt igawdihom mingħajr il-biża’ li jiġi milqut b’xi tir.
Sa issa din il-petizzjoni ġabret ‘il fuq minn 22,000 firma. Jekk taqbel ma’ dak li qed jingħad int tista’ tidħol HAWN biex tiffirma int ukoll.